Jitlesta aktar minn nofs il-bini tal-breakwater u faċilitajiet ta’ Buġibba

Jitlesta aktar minn nofs il-bini tal-breakwater li jinkludi is-secondary arm u beda' mixi x-xogħol fuq il-pedament u l-kostruzzjoni tal-breakwater principali

S'issa tlestiet is-secondary arm u beda mixi x-xogħol fuq il-pedament u l-kostruzzjoni tal-breakwater prinċipali
S'issa tlestiet is-secondary arm u beda mixi x-xogħol fuq il-pedament u l-kostruzzjoni tal-breakwater prinċipali

Jitlesta aktar minn nofs il-bini tal-breakwater li jinkludi is-secondary arm u beda' mixi x-xogħol fuq il-pedament u l-kostruzzjoni tal-breakwater principali

Il-proġett sar permezz ta’ investiment ta’ €4.2 miljun, b’€2.8 miljun jingħataw minn fondi tal-UE bil-għan li titjib l-aċċesibiltà u vijabilità tat-trasport pubbliku marittimu u jintuża bħala alternattiva għat-trasport.

Il-viżjoni tal-proġett jinkludi breakwater ġdid, slipway, pontoon, faċilitajiet għall-istennija, gangways, u fenders. Barra minn hekk, il-proġett mistenni jinkludi faċilitajiet bħal multi-purpose hall u ġnien fuq il-bejt biex tiżdied il-kwalità tal-ħajja tal-benefiċjarji tal-proġett.

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne u l-Ministru responsabbli mill-Infrastruttura Chris Bonnett żaru ix-xogħlijiet li qed isiru fuq il-proġett fejn s’issa tlesta

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne tkellem fuq il-ġid li dan il-proġett mistenni joħloq, b’mod partikolari dak ambjenti. Huwa saħaq li “L-ambjent u miżuri favur l-ambjent huma prijorità kemm għall-Gvern Malti kif ukoll għall-Unjoni Ewropea”.

 Minn naħa tiegħu l-Ministru Chris Bonnett saħaq fuq l-importanza ta’ trasport alternattiv, b’mod partikolari dak marittimu

Il-Ministru Chris Bonett spjega kif l-investiment fl-infrastruttura marittima bħal breakwaters u mollijiet huwa imperattiv għat-trasport bil-baħar f’pajjiżna, kemm għal  konnettività taċ-ċittadini Maltin kif ukoll għall-influss tat-turisti li jiffrekwentaw din iż-żona.

“Dawn l-istrutturi għandhom rwol kruċjali biex nibdew niffaċilitaw l-użu tat-trasport pubbliku fuq il-baħar bħal ma diġà jeżisti lejn bejn il-Kottonera u tas-Sliema lejn il-Belt Valletta. Barra minn hekk, investimenti bħal dawn jappoġġjaw l-għajxien tal-komunitajiet kostali, jagħtu infrastruttura sigura għas-sajjieda u jiżguraw żvilupp sostenibbli u reżiljenza għall-isfidi ambjentali,” temm jgħid il-Ministru Bonett.

Bħala parti mill-proġett SMITHS, li jinkludi wkoll l-promozzjoni tal-mixi u ċ-ċikliżmu, kif ukoll it-titjib tas-sistema tat-trasport pubbliku b’għadd ta’ inizjattivi innovattivi, dan il-proġett huwa testimonjanza tal-ħidma kontinwa biex ikollna pajjiż aktar nadif u sostenibbli.

 

More in Kronaka