President Myriam Spiteri Debono: ‘Nemmen li eventwalment l-abort se jidħol’

Waqt il-programm ta' Andrew Azzopardi RTK103, iI-President Spiteri Debono temmen li l-abort se jidħol minħabba l-bidla fil-fehma ta’ dan is-suġġett fost il-ġenerazzjonijiet tal-futur

 

Il-President Myriam Spiteri Debono
Il-President Myriam Spiteri Debono

“Maż-żmien jidħol, jista' ikun  10 snin oħra, 8 snin oħra, hekk inħarsu madwarna hekk jidher ” saħqet il-Preisdent Spiteri Debono.

Il-President saħqet dan waqt il-programm ta’ Andrew Azzopardi s-Sibt filgħodu. Waqt l-intervista ġew diskussi diversi temi oħrajn fosthom l-immigrazzjoni, Għawdex, l-inkjesta pubblika ta’ Jean Paul Sofia u n-nisa fit-tmexxija fost oħrajn.

Fuq il-programm RTK radio ta' Andrew Azzopardi, Il-President Myriam Spiter Debono saħqet li temmen li eventwalment l-abort se jitħol f’Malta iżda żammet mal-opinjoni personali tagħha kontra l-abort. Il-President iddefendiet il-pożizzjoni tal-knisja fuq l-abort u qalet li d-direzzjoni tal-knisja għandha d-dritt u dmir li timxi skont it-twemmin tagħha.

B’ġustifikazzjoni għala temmen dan, il-President qalet li ltaqat ma’ numru ta’ żgħażagħ, saħansitra xi minnhom li jmorru l-knsija frekwentament, li jemmnu li l-abort għandu jidħol fil-pajjiż. Waqt l-intervista, il-President għamiltha ċara u qalet li ma tridx li "l-abort jidħol mill-ventilatur, per eżempju ġo manifest ellettorali" u tennet tgħid li temmen li għandu jiġi deċiż permezz ta' referendum, dan minkejja li din mhix għażla appoġjata miż-żewġ partit ewlenin.

Finalment rigward is-settur tal-kostruzzjoni, meta mistoqsija fuqu, hija saħqet li temmen li għandu jiġi rregolat aħjar fosthom billi dawk ir-regoli li jiġu rrakomandati jkunu implimentabbli.

Rigward Għawdex, Il-President sostniet li temmen li f’Għawdex għandha tagħmel żjara uffiċjali u qalet li ser tipprova żżur il-gżira tat-tliet għoljiet kull xahar, dan flimkien ma' visti ġo skejjel, sptarijiet etċ.

Fuq is-suġġett tad-drittijiet tan-nisa, waqt l-intervista l-President tkellmet fuq id-differenza li osservat bejn 50 sena ilu u l-preżent fuq dan is-suġġett. Hija saħqet fuq l-importanza tal-indipendenza finanzjarja fost in-nisa, f'dak li ddikrievietu bħala “l-pedament”.

More in Kronaka