Il-WSC ‘b'attakk dirett fuq il-fliexken tal-plastik’ billi ttejjeb il-kwalità tal-ilma tal-vit

Il-Water Services Corporation qed taħdem biex tistandardizza l-kwalità tal-ilma tal-vit bit-tama li jonqsu l-fliexken tal-plastik billi jaħdmu biex inaqsu l-kontenut ta’ klorur fl-ilma. Il-klorur jaffettwa sew it-togħma u r-riħa tal-ilma

Il-Water Services Corporation qiegħda fl-aħħar stadji li tistandardizza l-kwalità u t-togħma tal-ilma tal-vit madwar il-gżejjer Maltin, qal il-kap eżekuttiv tal-aġenzija, Karl Cilia, fin-National Water Conference l-Erbgħa.

Cilia stqarr li qed isiru investimenti biex titjieb il-kwalità tal-ilma tal-vit u biex jonqsu l-livelli ta’ klorur bħala parti minn pjan ta’ sostenibbiltà biex jitnaqqsu l-fliexken tal-ilma. Apparti minn hekk, huma ppjanati wkoll titjibiet kemm fit-togħma u l-istandardizzazzjoni tal-ilma tal-vit.

Dan sar permess ta’ investiment li naqqas il-livell ta’ klorur fl-ilma b’30%. Huma ppjanati wkoll tnaqqis addizzjonali ta’ 37% kif ukoll titjibiet li ħa jwasslu għal standardizzazzjoni aħjar tat-togħma tal-ilma tal-vit, li huwa internazzjonalment magħruf irkonoxxut bħala wieħed mill-iktar siguri fid-dinja.

Il-kontenut ta’ klorur fl-ilma jaffettwa sew it-togħma u r-riħa tiegħu, fejn spiss jispiċċa b’togħma mielħa, morra, u metallika.

Cilia ddeskriva l-investiment bħala “attakk dirett fuq il-fliexken tal-plastik,” u li jaqbel ħafna mal-etos ta’ sostenibbiltà tal-aġenzija. Dan għaliex b’titjib fil-kwalità tal-ilma tal-vit jista’ jwassal biex ħafna nies jabbundanaw il-fliexken tal-plastik, li ħa tgħin sew bil-problemi tal-immaniġġjar taż-żibel li qed jiffaċċja l-pajjiż.

Barra minn hekk, semma numru ta’ kisbiet, inkluż in-nuqqas storiku ta’ tnixxijiet tal-ilma kif ukoll it-twassil ta’ 1.6 miljun metru kubiku ta’ dranaġġ ittrattat lil xi 1,600 bidwi f’Malta u Għawdex.

Il-Ministru tal-Enerġija Miriam Dalli u l-kap eżekuttiv tal-Energy & Water Agency issottolinjaw kemm Malta qiegħda minn ta’ quddiem fejn tidħol it-teknoloġija tal-ilma, saħansitra mit-80ijiet fejn il-pajjiż waqqaf l-impjanti tar-reverse osmosis.

Filwaqt li l-Kelliem tal-Oppożizzjoni Ryan Callus faħħar lill-Energy & Water Agency u lill-Water Services Corporation, esprima t-tħassib tiegħu dwar l-iżvilupp bil-mod tas-settur tal-ilma. Fil-fatt semma kif ħafna binjiet ġodda m’għandhomx is-sistemi meħtieġa biex jaħżnu l-ilma tax-xita minħabba nuqqas ta’ regolamenti li jobbligaw il-konnessjoni ta’ ġwiebi ma’ dawn l-iżviluppi.

“Ħafna żviluppi qed jibnu l-ġwiebi imma mhumiex qed jintużaw għax l-appartamenti mhumiex konnessi magħhom, u għalhekk qed ikollna ħafna għargħar fit-toroq,” stqarr Callus.

More in Kronaka