Dan l-artiklu kien aġġornat il-Ġimgħa fil-4:52pm bid-dettalji tal-aċċident skont stqarrija tal-Pulizija
Kuċċier ta’ 61 sena minn Ħal Qormi sofra ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku li seħħ il-Ġimgħa waranofsinhar fi Triq Nazzjonali, il-Furjana.
Skont l-investigazzjonijiet preliminari tal-Pulizija, għall-ħabta tas-1:30pm, seħħet ħabta bejn karozzin immexxi mill-kuċċier u karozza Peugeot 508 misjuqa minn raġel ta’ 31 sena residenti Bormla.
Tim mediku kien pront fuq il-post biex jagħti l-ewwel għajnuna, u ambulanza ħadet lill-kuċċier l-Isptar Mater Dei, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.