Tlett studenti li fetħu l-kont Campus Package ta’ Banif Bank - Deborah Ann Baldacchino, Owen Cini u Charlene Magro - kienu r-rebbieħa ta’ 27” 3D LED monitors mingħand AtoZ Electronics. Kull student li fetaħ Campus Account ma’ Banif Bank bejn Lulju u Ottubru 2014 u awtoriżża kreditu dirett tal-istipendju fil-kont kien awtomatikament eliġibbli biex jieħu sehem f’din l-inizjattiva. Il-preżentazzjoni seħħet fill-fergħa tal-Banif ta’ San Ġiljan.
“Il-Campus Package hu ddisżinjat biex jgħin lill-istudenti jħaddmu flushom filwaqt li joffri diversi benefiċċji. Napprezzaw li żmien l-istudju jaf ikun wieħed ta’ sfida, allura qegħdin nagħmlu minn kollox biex l-esperjenza bankarja mal-Banif tkun waħda konvenjenti u ta’ benefiċċju.” saħaq Rueben Bezzina, Area Manager.
Il-Campus Package joffri diverzi benefiċċji b’xejn, fosthom Visa Debit Card, VISA Credit Card b’polza ta’ assigurazzjoni fuq safar u xiri, Banif@st Internet Banking u standing orders bejn kontijiet tal-Banif, kif ukoll rati vantaġġjużi fuq tibdil ta’ muniti barranin u rati tal-imgħax vantaġġjużi fuq il-Campus Current Account u l-Campus Flexi Term Account. L-istudenti jistgħu wkoll igawdu minn self personali waqt li jħallsu l-imgħax biss għal-perjodu tal-istudju.