Fl-ewwel tliet xhur tas-sena 2015 kien hemm tnaqqis fin-numru ta' passiġġieri fejn kien hemm tnaqqis ta' 45.8% għal 20,653. Dan meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena l-oħra. Dan skont stħarriġ tal-NSO - l-uffiċju għall-istatistika f'Malta.
Daħlu disa' cruise liners li daħhlu f'dan il-perjodu - 14 inqas mis-sena l-oħra.
77.8% tal-viżitaturi kienu minn pajjiżi tal-UE, bl-akbar swieq ikunu l-Italja, il-Ġermanja u Franza. In-numru totali ta' passiġġieri mhux mill-UE kien ta' 4,584 - 12.2% minnhom jiġu mill-Istati Uniti.
Jidher uikoll li kien hemm aktar passiġġieri nisa - hekk kif 51.6% kienu passiġġieri nisa. L-età aktar popolari ta' passiġġieri kienu bejn 60-79 sena, segwiti minn dawk b'età bejn l-40 u 59 sena.