L-RS2 GROUP JIRREĠISTRA PROFITT QABEL IT-TAXXA TA’ €4.2M
Matul l-2014, l-RS2 kompla jibni fuq il-momentum li kien qabad fis-sena ta’ qabel u reġa’ ta prestazzjoni pożittiva ħafna.
minn Staff Reporter
L-introjtu totali żdied bi ftit anqas minn 8% għal €15.2m. Kif ġara fis-snin preċedenti, l-introjtu daħal mill-liċenzji u l-użu tal- BankWORKS®, tariffi ta’ manutenzjoni, tariffi għall-servizzi mogħtija u tariffi tal-iproċessar.
Meta mqabbla mal-2013, it-tariffi tal-liċenzji naqsu b’46%. Dan it-tnaqqis jista’ jiġi attribwit l-aktar għan-natura tal-ftehimiet tal-liċenzji mal-klijenti tagħna.
Matul l-2014 irnexxielna niksbu l-akbar kuntratt tagħna s’issa, b’valur totali ta’ €16.5m, li minnhom it-tariffi tal-liċenzji jammontaw għal €12m filwaqt li dawk t-tariffi għall-servizzi mogħtija kienu ta’ €4.5m. Minħabba n-natura ta’ dan il-ftehim, billi din hija liċenzja b’terminu definit, il-Grupp ma ħax kont tat--tariffa kollha tal-liċenzja matul is-sena, filwaqt li t-tariffa li fadal se tiġi rikonoxxuta matul is-snin li ġejjin.
Ta’ min wieħed jenfasiżża il-fatt li r-rikonoxximent tat-tariffi tal-liċenzji, li hu dipendenti fuq in-natura tal-ftehim kif ukoll dak stabiit fl-IFRS, jista’ jwassal għal varjazzjonijiet fl-introjtu u sussegwentement anke fil-profitti u l-marġini tal-profitti.
It-tnaqqis fit-tariffi tal-liċenzji jagħmel tajjeb għalih iż-żieda -ta’ 84% fit-tariffi għall-servizzi mogħtija, mal-grupp kollu. Fl-2014 irreġistrajna wkoll żieda ta’ 26% fit-tariffi tal-iproċessar iġġenerati mill-kumpanija sussidjarja tagħna, l-RS2 Smart Processing. Matul is-sena, il-kumpanija sussidjarja kompliet tiġbed klijenti u prospetti ġodda, filwaqt li ġew akkwistati żewġ klijenti ġodda matul is-sena. L-introjtu minn dawn iż-żewġ klijenti għandu jibda jidħol matul l-2015.
Il-lista ta’ proġetti għat-twettieqhija qawwija ħafna u bħalissa qegħdin ninnegozjaw kuntratti oħra. Il-profitt gross tal-Grupp għal dis-sena huwa ta’ 45%, tnaqqis ta’ 3% meta mqabbel mal-2013. Dan huwa attribwibbli għaż-żieda fuq l-ispiża tal-bejgħ ikkawżata l-aktar miż-żieda fis-salarji fejn qed inkomplu nżidu n-numru ta’ impjegati sabiex inlaħħqu mad-domanda eżistenti u dik li qed nantiċipaw mill-klijenti tagħna.
L-ispejjeż amministrattivi tal-Grupp juru tnaqqis ġenerali ta’ 8% meta mqabbla mal-2013. Kien hemm żidiet ġeneriċi fl-ispejjeż amministrattivi bħala riżultat taż-żieda fl-operat tagħna.
Madankollu dawn tpaċew bi tnaqqis fl-ispiża nozzjonali tal-opzjonijiet fuq l-azzjonijiet mogħtija lill-impjegati tagħna, li ddaħħlu fil-kotba fl-2013 u li ma ġewx ripetuti fl-2014.
L-introjtu l-ieħor hu magħmul l-aktar mill-kisbiet mill-kambju realizzati u mhux realizzati fuq il-bilanċi riċevibbli u pagabbli, filwaqt li l-ispejjeż l-oħra huma magħmula l-aktar mill-provvisti għall-indeboliment tal-bilanċi riċevibbli u tal-assi antikwati.
Il-qligħ qabel l-interessi, taxxa, deprazzament u amortizzazzjoni (EBITDA) tal-Grupp għall-2014 jammonta għal €6.1m, li jirrappreżenta żieda ta’ 7%fuq l-2013.
Fl-2014, il-Grupp kellu nefqa tat-taxxa fuq l-introjtu ta’ €1.4m, li minnhom €1.3m huma spiża tat-taxxa kurrenti u €0.1m spiża tat-taxxa differita, dan tal-aħħar ikun ’non-cash item’. L-2014 hija l-ewwel sena li fiha l-Grupp se jħallas it-taxxa fuq l-introjtu f’kontanti billi huwa għamel użu komplet tal-krediti tat-taxxa għall-investiment miġjubin mis-snin preċedenti. Ġie akkumulat kreditu ġdid tat-taxxa għall-investiment imwettaq matul is-sena, madankollu dan ukoll intuża kollu mit-taxxa fuq l-introjtu pagabbli, u kien fadal bilanċ tat-taxxa ta’ €1.4m pagabbli f’kontanti. L-ammont ta’ taxxa fuq l-introjtu li kien ikun pagabbli mingħajr dan il-kreditu tat-taxxa għall-investiment kien ikun ta’ €1.9m. Madankollu, ta’ min wieħed jgħid li fadal bilanċ sinifikanti ta’ profitti li fil-passat ġew rilaxxati mit-taxxa permezz tal-kreditu tat-taxxa għall-investiment, u li ser jibqgħu ħielsa mit-taxxa f’idejn l-azzjonisti meta jitqassmu bħala dividendi.
Il-Kumpanija kompliet issaħħaħ il-’balance sheet’ tagħna b’ekwità totali ta’ €23m attribwibbli lill-azzjonisti tagħna, żieda ta’ €1.4m fuq l-2013. Il-likwidità ġenerata mill-operat tibqa’ qawwija ħafna, b’bilanċ ta’ €4.5m fl-aħħar tas-sena.
Is-Sur Mario Schembri, Chairman ta’ RS2 Software plc qal li “il-Grupp temm sena oħra ta’ negozjub’suċċess. Dan hu xhieda tal-isforzi bla waqfien tal-maniġment biex noffru l-aħjar soluzzjonijiet possibbli lill-klijenti, billi nkomplu ntejbu prodott li huwa diġà ppruvat, BankWORKS®, u impjegati li wrew dedikazzjoni assoluta u professjonaliżmu fil-mod kif inħarsu lejn ix-xogħol ul-ħtiġijiet tal-klijenti.”
Il-Kap Eżekkuttiv, Is-Sur Radi El Haj ikkummenta li “l-għan tagħna hu li nkomplu nikbrusabiex niksbu l-miri ambizzjużi tagħna, permezz tat-titjib kontinwu u l-implimentazzjoni tal-istrateġija tagħna. Hekk kif nikbru, nixtiequ niżguraw li l-klijenti tagħna jibqgħu fil-qalba ta’ dak li nagħmlu. Aħna se nibqgħu ninvestu fis-softwer u t-teknoloġija BankWORKS® tagħna; dawn jintużaw biex il-klijenti tagħna jipproċessaw in-negozju ta’ aktar minn 8 miljun negozjant, u nħarġu aktar minn 350 miljun kard.”