Remixers tal-aqwa hit mondjali 'Don't Be So Shy' f’Malta
Nhar il-Gimgha, 4 ta’ Novembru gewwa Masion - Sky Club, San Giljan

More in Kummer?jali
Nhar il-Gimgha, 4 ta’ Novembru gewwa Masion - Sky Club, San Giljan
Wara s-success li kisbu dan is-Sajf li ghadda, deejays internazzjonali bhal Morella, Fargetta, Marvin, Andrea Prezioso, Skywalker, Max Max BG, Pacho B, Samir ( Pacha), IVO, Yves Larock, Crazibiza, Paul Jockey minn Criminal Vibes Fame Music Events u Tref International ser jipprezentaw dance show flimkien mal-producers u remix popolari ghal din is-sena – ‘Don’t Be So Shy’ – hit internazzjonali bl-imhuh warajha Filatov & Karas, flimkien mal-kantanta Alida live.
Bla dubju ser ikun lejl divertenti, ghall-fatt li din ser tkun l-ewwel darba li Filatov & Karas, flimkien mal-kantanta ser ikunu f’Malta sabiex itellghu 90 minuta live-set bl-aqwa hits minn muzika dance. Inkluz naturalment ser tindaqq il-hit ‘Don’t Be So Shy’ – issaportjata minn diversi ismijiet kbar hawn Malta bhal JJOY, Alvin Gee, A-RN-B & Tonny, u hafna aktar.
Dan l-avveniment ser isir nhar il-Gimgha, 4 ta’ Novembru gewwa Masion - Sky Club, San Giljan.
Biljetti jistghu jinxtraw minn qabel ghal 10 ewros. Il-bibien jifthu minn 10pm ‘l quddiem.
Ghall-aktar informazzjoni cempel fuq 9975 3030 jew ibghat email fuq [email protected]
Filatov & Karas (Dmitry Filatov & Alex Osokin) – huma producers u deejays minn Moscow. Nghaqqdu flimkien fis-sena 2012 wara aktar minn ghaxar snin ta’ xoghol separat, bhal hrug ta’ albums diversi, shows fuq radjijiet, hrug ta’ diski ma’ Universal Musica, Warner Music, Kontor, Pacha Rec u hafna aktar djar tal-produzzjoni.
Barra minn hekk, hargu diversi singles internazzjonali. Fis-sena 2015, ir-remix ta’ Filatov & Karas “The Good, The Bad and The Crazy" mal-kantanta Franciza Imany telghet fil-quccata tal-iTunes Chart u rnexxilha tikseb platinum fir-Russja.
Il-follow-up tar-remix "Don't Be So Shy" ukoll kisbet platinum, kif ukoll sapport fuq radjijiet minn madwar id-dinja kollha. F’Settembru 2015, irnexxilha tidhol fit-Top 40 Shazam Worldwide.
L-istess remix telghet numru wiehed fir-Russja, Poland, Grecja, Bulgarija, Rumanija, Ukranja, Georgia, Turkija, Kazakhstan u pajjizi ohra. Bhalissa wkoll bdiet tinfirex u tmur tajjeb fic-charts tal-Italja, Franza, Olanda, Belgjum u Ingilterra.