Fadal biss tliet ijiem ċans biex jissarfu l-vouchers

S’issa 90% tal-vouchers stampati ġew utilizzati

Fadal biss l-aħħar tliet ijiem biex jiġu wżati l-€100 vouchers li l-Gvern nieda fl-aħħar xhur bħala parti mill-pjan ta’ riġenerazzjoni. Il-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija Silvio Schembri appella lil dawk kollha li għadhom m’għamlux użu minnhom biex jieħdu l-opportunità u jikkunsmawhom fil-ħwienet, fir-ristoranti jew postijiet oħra eliġibbli hekk kif se jiskadu fil-31 ta’ Ottubru.

Minn informazzjoni miġbura minn MIMCOL, jidher li hemm madwar 90% kemm tal-vouchers blu kif ukoll vouchers ħomor, li huma stampati, ġew utilizzati. 

Il-Ministru Schembri qal li jinsab sodisfatt mir-rispons tal-pubbliku u anke tan-negozji li pparteċipaw fl-iskema li saret bil-għan li tingħata injezzjoni ekonomika ta’ madwar €50 miljun fl-ekonomija Maltija. Schembri inkoraġixxa lill-membri tal-pubbliku u lin-negozji biex huma wkoll, permezz tal-mezzi diġitali, jgħinu fl-appell li fadal biss ftit jiem għall-użu ta’ daw il-vouchers. 

 

More in Kummer?jali