Nirrikonoxxu l-ħidma maż-żgħażagħ

Ħafna jsostnu li ż-żgħożija hija l-isbaħ żmien tal-ħajja. Forsi jaslu għal din l-konklużjoni minħabba li f’dan iż-żmien partikolari, r-responsabbiltajiet ma jkunux daqstant kbar. Madankollu ma rridux ninsew il-fatt li wieħed ikun meqjus żagħżugħ mill-età ta’ tlettax-il sena sakemm jagħlaq it-tletin sena. Ħafna mill-popolazzjoni Maltija, għalkemm anke din issa qed tara tibdil, sa dik l-età tkun diġà ħadet l-istat tagħha, forsi tkun waslet għaż-żwieġ jew saħansitra twieldu l-ulied.
Wieħed jista’ jifhem, għax kulħadd għadda minn dan iż-żmien taż-żgħożija, li fuq medda ta’ 17-il sena ż-żgħażagħ jkollhom bżonn appoġġ biex jilħqu l-potenzjal tagħhom anke biex jiffaċċjaw il-problemi li jiltaqgħu magħhom tul ħajjithom u speċjalment biex ikunu l-fus li jġib enerġija ġdida u pożittiva tant mixtieqa mis-soċjetà.
F’Malta wkoll, hawn settur ta’ professjonisti li xogħolhom jikkonsisti li jaħdmu maż-żgħażagħ (youth workers). Xogħol dawn il-professjonisti hu li permezz tal-edukazzjoni informali jgħallmu liż-żgħażagħ jindirizzaw il-bżonnijiet u l-aspirazzjonijiet tagħhom. Ir-rwol tagħhom jinkludi li jinkuraġġixxu liż-żgħażagħ biex ikunu kritiċi però wkoll kreattivi lejn il-ħajja, filwaqt li jirrikonoxxu l-ideat, l-interess u l-abbiltajiet ta’ dawn l-individwi.
Il-Gvern ilu jħoss il-ħtieġa li dan ix-xogħol jibda jitqies bħala wieħed professjonali li jkun marbut b’kodiċi t’etika u għarfien speċjalizzat. Fost kollox dan ifisser li huma jkunu preparati biex jeżerċitaw dawn il-ħiliet sabiex jgħinu fl-iżvilupp ħolistiku ta’ dawn iż-żgħażagħ fis-soċjetà. Kien għalhekk li sa mill-ewwel ġranet ta’ din il-leġislatura beda jaħdem fuq il-liġi li tkopri l-professjoni tax-Xogħol maż-Żgħażagħ u mal-ewwel beda jaħdem fuq abbozz li issa sar liġi.
Tajjeb wieħed isemmi li l-Istitut tal-Istudji taż-Żgħażagħ infetaħ fl-Università fl-1993. Għalhekk liġi li tkopri din il-professjoni messha ilha li saret għal żmien twil. Gvernijiet preċedenti naqsu milli jagħmlu l-almu tagħhom biex din il-liġi tgħaddi u kien biss sentejn ilu li sar l-ewwel abbozz, liema abbozz qatt ma sar liġi.
Din hija wegħda oħra elettorali minn manifest sħiħ li fuqu ġie elett dan il-Gvern. Il-Gvern wiegħed li jissaħħu l-professjonijiet ġodda li jservu ta’ pont bejn l-Istat u l-komunità.
L-Intraprenditur Svediż Walter Hoving darba qal li ż-żgħożija hija żmien ta’ biża’; li jġib miegħu bosta problemi, meta wieħed ma jkollux l-għerf biżżejjed biex jiffaċjahom. Mela ejja nagħtu l-għodda lil persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ biex ikunu huma l-istrument li jmexxihom lejn il-futur.

More in Politika