“Ministru tal-Ambjent impotenti”

L-għaqdiet favur l-ambjent huma urtati għal Leo Brincat

Fost il-bajjiet li qed jinħatfu bl-addoċċ hemm Kemmuna, San Blas, Tas-Sliema u Buġibba
Fost il-bajjiet li qed jinħatfu bl-addoċċ hemm Kemmuna, San Blas, Tas-Sliema u Buġibba

L-għaqda Flimkien għal Ambjent Aħjar, Friends of the Earth u Ramblers’ Association sejħu lill-Ministru tal-Ambjent Leo Brincat bħala Ministru mutu u impotenti, dan fid-dawl tax-xiri riċenti ta’ art pubblika u li huma jsejħu bħala serq, tant li l-għaqdiet nedew petizzjoni bil-għan li l-Prim Ministru jipproteġi art pubblika u sabiex il-MEPA toġġezzjona l-estensjoni tal-Lido f’Ferro Bay.

L-għaqdiet saħqu li l-artijiet qed jinħatfu f’diversi żoni inkluż f’postijiet fejn mhux mistenni bħal San Blas, Marsalforn, Kemmuna, Mellieħa, Buġibba, Tas-Sliema, Ta’ Xbiex, il-Birgu u Marsaskala. Aċċennaw speċjalment għall-fatt li l-kosta f’Għawdex fejn numru ta’ ristoranti qed jieħdu l-promenade f’bajjiet bħal Marsalforn, Xlendi u l-Kantara fi Mġarr ix-Xini.

Huma tkellmu wkoll dwar lakuni fir-regolamentazzjonijiet il-ġodda u l-fatt tal-applikazzjonijiet mgħaġġla li qed jibagħtu messaġġ ħażin lill-iżviluppaturi.

More in Politika