Il-Kummissjoni Ewropea twissi lil Muscat li m’għandux raġun biex jiftaħ l-istaġun tal-insib

Il-Prim Ministru jinjora l-pariri li ngħatawlu li l-ftuħ tal-istaġun tal-insib se jwassal biex l-UE toħroġ protesta kontra l-Gvern Malti

Joseph Muscat ħabbar li l-UE qed tinterpreta d-direttiva tal-għasafar b'mod ħażin
Joseph Muscat ħabbar li l-UE qed tinterpreta d-direttiva tal-għasafar b'mod ħażin

B’reazzjoni għat-twissija tal-Kummissjoni dwar il-ftuħ tal-istaġun tal-insib, il-Gvern ta’ Joseph Muscat ħabbar li l-UE qed tinterpreta d-direttiva tal-għasafar b’mod ħażin. ILLUM hi infurmata li l-Prim Ministru Muscat kien ingħata l-parir li l-ftuħ tal-istaġun tal-insib kien kontra t-trattat u d-direttiva.

Muscat jidher li jrid jidher b’saħħtu mal-kaċċaturi u n-nassaba.

L-arroganza tal-Gvern Malti ġiet innutata mill-Kummissjoni minnufih. Dan ikompli jpoġġi pressjoni fuq il-gvern Malti u l-kumitat Ornis li huwa kkunsidrat “rubber stamp” tal-Gvern Malti.

Fit-trattat tal-2004 l-insib kellu jagħlaq u kien hemm żmien tranżitorju ta’ erba’ snin li fih kellha titnieda sistema ta’ nsib ristrett.

Dan kollu qed isir minkejja l-fatt li l-Gvern ta’ Muscat ma kienx wiegħed li jerġa’ jiftaħ l-insib fil-manifest elettorali tal-2014. 

Id-deċiżjoni li jinfetaħ l-istaġun tal-insib kienet imbierka mill-kumitat Ornis taħt it-tmexxija tal-Professur tal-Antropoloġija Mark Anthony Falzon.

Osservaturi politiċi tkellmu ma' din il-gazzetta u qalu li din kienet biss mossa makjavellana sabiex Muscat jidher li qed jagħmel ħiltu għan-nassaba imma jaf li fl-aħħar mill-aħħar se jiġi mwaqqaf.

More in Politika