Kliem ‘esaġerat’ bejn Busuttil u Dalli li jikkonferma l-mibgħeda bejniethom

L-istorja tal-fissazzjoni tal-PN fuq l-eks Ministru Dalli u l-ġlieda bla tmiem ta’ politiku veteran

Dalli u Busuttil fiż-żmien meta kienu għadhom qed jitkellmu
Dalli u Busuttil fiż-żmien meta kienu għadhom qed jitkellmu

Kienu l-kliem ambigwi ta’ Michael Cassar il-kap tas-Servizzi tas-Sigurtà Maltin li wassal biex jerġa’ jinfetaħ il-każ fuq Dalli.

Stqarrija minn Cassar quddiem il-kumitat tal-privileġġi li kienet tgħid li kien hemm deċiżjoni minn John Rizzo (dakinhar kummissarju tal-Pulizija) li kellu jitressaq. Diskors li wassal lil Chris Said, illum Segretarju Ġenerali tal-PN biex jgħajjat b’approvazzjoni flimkien ma’ David Agius, deputat Parlamentari Nazzjonalista magħruf l-aktar għall-fatt li kien ikkoppja karta tal-eżami.

U minkejja li m’hemmx prova ċara jew inkella fatti li Dalli kien involut biex jitlob tixħim, qed jaffaċċja battalja kontinwa mill-PN u l-mezzi tax-xandir.

Akkuża li tidher li hija bla bażi għax Dalli ma kellux il-poter li jbiddel id-direttiva tat-tabakk.

Ilbieraħ Busuttil attakka lil Dalli u qallu li hu għandu bżonn jiskuża ruħu. 

Il-mistoqsija li kulħadd qed jagħmel hi “Għalfejn din il-mibgħeda kontra Dalli?”

Ir-risposta tinsab fil-fatt li Dalli huwa accident prone u sar l-iktar persuna faċli li tista’ tattakka.

Dalli forsi ma fehemx li l-ġlieda tiegħu kontra l-Kummissjoni kienet waħda impossibli, li tmur oltre minn ġlieda legalistika. Ukoll hu fetaħ gwerer fuq kull front inkluż mal-Partit Nazzjonalista u l-mezzi tax-xandir. 

Minkejja li kien wieħed mill-iktar ministri importanti fil-kabinett ta’ Fenech Adami u kien ukoll kontenditur għat-tmexxija tal-PN, ir-relazzjoni mal-PN u r-relazzjoni mal-mexxejja tiegħu saret waħda impossibli.

Busuttil ukoll irid joħroġ li Dalli huwa viċin Muscat, u rrefera għalih bħala konsulent personali tal-Prim Ministru Muscat, meta Dalli infatti mhuwiex.

More in Politika