Il-Gvern jordna li l-Pulizija joħorġu fit-toroq

Il-frustrazzjoni ta’ eluf ta’ xufiera tal-karrozzi ġiegħlet il-kabinett tal-Gvern biex jieħu azzjoni

Numru ta' Pulizija, anke mis-sezzjoni tal-RIU tqassmu fit-toroq biex jikkontrollaw it-traffiku
Numru ta' Pulizija, anke mis-sezzjoni tal-RIU tqassmu fit-toroq biex jikkontrollaw it-traffiku

Ix-xogħol fuq toroq prinċipali u ż-żieda fl-użu ta’ karozzi privati wasslu biex il-kabinett tal-ministri ordna li l-pulizija joħorġu bi ħġarhom biex jikkontrollaw it-traffiku, fosthom anke pulizija tal-RIU.

Dan kellu effett żgħir fuq it-traffiku, l-iktar fl-inħawi tal-Marsa, Baħar iċ-Ċagħaq u l-Imsida.

Il-problema tat-traffiku gravat meta bdew l-iskejjel.

Hemm biża’ akbar li meta tibda x-xita se jkun hemm straġi ikbar.

Kien il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna li stqarr li d-dewmien fit-traffiku kien qed jikkaġuna ħsara fl-ekonomija.

Bil-falliment tal-Arriva u d-dubji li t-trasport pubbliku taħt Joe Mizzi mhux se jagħmel xi avvanzi kbar, id-dipendenza fuq il-karozzi privati se tiżdied.

Il-Ħadd, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil qal li l-Gvern ta’ Muscat kien qed joħloq ‘fabbrika tal-kanċer’ bil-problema tat-traffiku.  

More in Politika