1,950 anzjan jistennew biex jidħlu f’Dar tal-Anzjani

Il-kelliem tal-partit nazzjonalista jgħid li l-gvern irid jimpenja ruħu aktar biex isolvi din il-problema

“Eluf ta’ anzjani qed jissieltu biex ikampaw għal rashom u l-Gvern jeħtieg jaġixxi”
“Eluf ta’ anzjani qed jissieltu biex ikampaw għal rashom u l-Gvern jeħtieg jaġixxi”

“Jeħtieġ li l-Gvern ikun kommess li jinvesti f’aktar sodod f’San Vincenz de Paule iżda wkoll f’aktar residenzi bħal dawk tal-Imsida, tal-Mellieħa u taż-Żejtun li jagħtu opportunità lill-anzjani li jibqgħu viċin il-komunità li trabbew fiha.” Clyde Puli qal ukoll li l-Gvern ma jistax jilqa’ għall-isfida li għandu billi jagħti każ biss tal-problemi ta’ kwantità u jinjora l-kwalità ta’ servizz li jixraq jingħataw l-anzjani.

Tkellimna wkoll mas-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana dwar l-ammont ta’ anzjani li hemm fuq il-listi ta’ stennija u tlabniha tispjega x’inhu jsir sabiex tissolva din il-problema. Hija spjegat li dan in-numru jinkludu talbiet li jmorru lura għal diversi snin. Fl-istess waqt però assigurat li dan il-Gvern kommess li jindirizza din il-ħtieġa. “In-numru ta' sodod diġà żdied bi kważi 600 u se jkompli jiżdied fix-xhur li ġejjin." 

Aqra iżjed fuq il-ħarġa ta' ILLUM

More in Politika