Kandidat Laburista kontra l-immigrazzjoni u ż-żieda ta' Muscat

Robert Henry Bugeja li qed jikkontesta l-elezzjoni każwali fuq il-5 distrett qed jikteb kontinwament kontra kull għajnuna għall-immigranti

Il-kritika tiegħu fuq is-sit soċjali Facebook
Il-kritika tiegħu fuq is-sit soċjali Facebook

Robert Henry Bugeja minn Birżebbugia hu wieħed mill-kontestanti għall-elezzjoni każwali għal post battal li ħalla l-perit Karmenu Vella. Għal dawn l-aħħar xhur fuq is-sit soċjali Facebook, Robert Bugeja qed jattakka u jikkritika l-politika tal-prim ministru, speċjalment fejn tidħol l-immigrazzjoni. Hu wieħed li qed jikkritika ħafna lil president Marie Louise Coleiro minħabba li din trid li jkun hemm integrazzjoni bejn l-immigranti u l-Maltin.
Barra hekk dan l-aħħar kiteb ukoll biex in-nies ma tagħtix flus fl-istrina u dawn ifaddluhom biex jagħtuhom lill-uliedna inkella lil Maltin fil-bżonn.
Robert Henry Bugeja jikkritika biss mhux dawk l-immigranti Afrikani iżda anke dawk li ġejjin mill-Ewropa ta' Lvant u dawk ċittadini Ewropej li skont hu qed jieħdu xogħol il-Maltin. Hu jgħid b'wiċċu minn quddiem li ma jemmnux li Malta kellha tkun imsieħba fl-Ewropa.
Barra hekk hu jikkritika regolarment it-tmexxija ta' Muscat u jattakka l-meritokrazija li skont hu qiegħdha għal dawk il-magħżulin u l-laburist ġenwin mhu qed jieħu xejn. Hu fil-fatt ikkritika ħafna ż-żieda li se jagħti Muscat dik ta' .58ċ u qabbilha mas-salarju ta' nies bħal ta' Lou Bondi.
Dan kollu jfisser li jekk Robert Henry Bugeja jkun il-persuna li jirbaħ is-siġġu battal ta' Karmenu Vella, il-gvern ta' Joseph Muscat se jiżdied b'ribell ieħor fi ħdanu.

 

More in Politika