Ikomplu l-batti bekki anke wara l-ġirja tal-president

Simon Busuttil jwieġeb u jerġa jitfa l-ballun f'saqajn il-Prim Ministru

Ikomplu l-batti bekki
Ikomplu l-batti bekki
L-ittra li bagħat Simon lil Joseph
L-ittra li bagħat Simon lil Joseph

 

Fl-ittra tiegħu Simon Busuttil qal li l-pożizzjoni tal-Ministru Mallia m’għadhiex iktar tenibbli u l-Prim Ministru missu diġa’ ħa azzjoni kontrih. Dan għaliex hu evidenti li saru manuvri biex tinħeba l-verita’ dwar l-isparatura u ghaliex m  jistax ikun accettat li xufier ta’ ministru jispara fuq vettura b’persuna fiha minħabba sempliċi ħabta mingħajr ħadd ma jerfa’ r-repsonsabbilta.

Hu xokkanti kif erbat jiem wara l-isparatura, ix-xuifer tal-Ministru Mallia għadu jiġri barra u għadu ma tressaqx il-qorti qisu ma ġara xejn.

Dwar il-bord ta’ inkjesta, il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li dan hu inutli għaliex dan il-bord ma jista qatt jagħmel xogħol il-Prim Ministru, cioe li jara li l-Ministru jerfa’ r-responsabbilta politika għal dak li seħħ u għalhekk jitneħħa. Simon Busutil qal li l-Prim Ministru m’għandu bżonn l-ebda inkjesta biex jagħmel dan għaliex dan hu xogħlu.

More in Politika