[ISIMGĦU] Is-sitt telefonata - Iva kellimtu lill-Ministru - Sheehan

Id-diskursata bejn Sheehan u l-aġent kummissarju

Il-mezzi tax-xandir tal-PN ħarġu r-recording tas-sitt telefonata fejn f’konversazzjoni bit-telefon mal-Aġent Kummissarju tal-Pulizija Ray Zammit, ix-xufier tal-Ministru Manwel Mallia, il-Kuntistabbli Paul Sheehan ikun mistoqsi: ‘Sheehan, x’inqala’ sieħbi?”

Paul Sheehan jinstema’ jwieġeb li kellu l-karozza pparkjata u għadda sewwieq fis-sakra u faqalu l-karozza tal-Ministru. Ġrejt warajh…”

L-Aġent Kummissarju jerġa’ jistaqsi: “It-tifla kienet miegħek?”

Paul Sheehan: “Le, it-tifla għand ommi qegħda.”

L-Aġent Kummissarju: “It-tifla għand ommok qegħda?”

Paul Sheehan: “Iva. Lill-Ministru kellimtu diġà.”

L-Aġent Kummissarju: “Ok. Orrajt. Ok.

Paul Sheehan: “Imbagħad niżel bi flixkun tal-birra għalija u tajt żewġ tiri. Mhux fuqu ta…”

L-Aġent Kummissarju: “U iva, ok ta… Arrestajtuh? Min hu Sheehan dan?.. min huwa?”

Paul Sheehan: “Ma nafx Sir… għandu l-pjanċi ta’ barra…”

L-Aġent Kummissarju: “Issa fejn hu dan? Arrestajtuh lill-individwu?”

Paul Sheehan: “Issa qed iżommuh hawnhekk. Hawn tal-RIU u tat-Traffik.”

Hawnhekk l-Aġent Kummissarju jitlob lil Sheehan jgħaddih ma’ xi ħadd tal-RIU jew tat-traffik biex ikellimhom.

Hawnhekk l-Aġent Kummissarju jinstema’ jkellem lil PC 1388 u jistaqsih jekk kenux huma li qed iżommuh. L-Aġent Kummissarju jinstema’ jagħti ordni biex dan iniżżluh id-Distrett biex l-investigazzjonijiet ikomplu minn hemmhekk.

Mistoqsi x’se jagħmel bil-karozza tiegħu, l-Aġent Kummissarju tal-Pulizija jgħid li din għandhom iżommuha… “Imma l-karozza ntlaqtet?”

Hu kompla li “aqbad lil-lowloader, sakkruha u niżżluha l-Garaxx… Lilu sadattant itfugħ l-Għassa tal-Imsida ħalli jkomplu minnhekk… Issa qabbduni ftit ma’ Alexandra Mamo.”

More in Politika