[FILMAT] Ftit tal-ħin ieħor u jitħabbar ir-riżultat tal-inkjesta

Il-Prim Ministru wasal Kastilja fejn mistennija konferenza tal-aħbarijiet fid-9 p.m.

Ir-rapport tal-inkjesta mmexxija mill-ex imħallef Albert Magri mistenni joħroġ fil-pubbliku minn hawn u ftit ieħor. Din l-inkjesta li tlha sejra ħmistax mistenni jiġi determinat jekk kienx hemm 'cover up' fl-isparatura ta' Paul Sheehan fuq il-karozza ta' Smith li fuq stqarrija tal-gvern ħarġet li kienu warning shots.

Wara li l-oppożizzjoni ħarġet diversi recordings ta' dak li ntqal bejn Sheehan. il-control room, l-aġent kummissarju u anke Kurt Farrugia qed tgħid li kollox juri ċar li hu cover up u l-inkjesta hi inutli. Għax l-Oppożizzjoni trid li min hu mplikat fil-'cover up' għandu jieħu responsabilita politika u jitneħħa. 

Il-prim ministru min-naħa l-oħra qal li hu se jistenna r-rapport tal-inkjesta li issa tlesta u l-prim ministru se joħroġha fil-pubbliku u jħabbar id-deċiżjonijiet tiegħu.

More in Politika