Mallia mitlub jiriżenja...Tneħħa l-aġent Kummissarju u Michael Cassar inħatar Kummissarju

Mir-rapport tal-inkjesta Muscat qal li ma kienx hemm 'cover up' politiku iżda kien hemm negliġenza

Il-Ministru Mallia  intalab bie x jirriżenja
Il-Ministru Mallia intalab bie x jirriżenja

Muscat qal lil ġurnalisti li dkont l-inkjesta ma kienx hemm 'cover up' politiku iżda kien l-ispettur Gabriel Micallef li oħtu hi l-partner ta' Sheehan u xi membri oħra tal-pulizija li ġew identifikati bħala dawk li għamlu 'cover up'.

Muscat qal li l-inkjesta sabet li kien hemm nuqqasijiet kif aġixxa l-aġent Kummissarju Ray Zammit fejn qalu li għalkemm ma kellux intenzjoni malizzjus, kien negliġenti u jrid jieħu responsabilita għalihom. Għalhekk tneħħa minn aġent Kummissarju u fl-istess waqt Michael Cassar ġie maħtur bħala Kummissarju tal-pulizija minn għada stess. Filwaqt li Joseph Bugeja se jieħu r-responsabilita ta' Kap tas-sigurta flok Michael Cassar.

L-inkjesta sabet tikkonkludi li Manwel Mallia ma kienx involut fil-każ ta' Sheehan u m'hemmx provi li jikkunettjawh mal-cover up. Iżda ir-rapport jgħid li Mallia imissu żgura li ma toħroġ l-ebda informazzjoni mhux korretta li ħarġet fl-istqarrija mill-Gvern. Ir=rapport jgġħid ukoll li m'hemm xejn li jindika li sew Silvio Scerri inkella Kurt farrugia kienu nvoluti f'xi cover up. Muscat qal li talab lil mallia biex jirriżenja u qal li d-deċiżjoni jrid jeħodha l-istess Mallia.

 

 

 

 

 

 

More in Politika