Il-President Taljan, Giorgio Napolitano, irreżenja. B'hekk dan iwassal għal elezzjoni sabiex jiġi elett president ieħor.
L-eks komunista ta' 89 sena, li kellu rwol importanti fit-tkeċċija ta' Silvio Berlusconi, li kien meqjus bħala raġel bi preżenza soda, anke moralment, fil-politika Taljana waqt li kienet għaddejja minn taqlib. F'Diċembru kien ħabbar li kien jirreżenja mill-kariga tiegħu ħafna qabel it-tmiem tal-kariga li kellha tintemm fl-2020 minħabba l-età.
Din l-aħbar waslet fi żmien iebes għall-ekonomija Taljana li bħalissa tinsab vera fraġli, b'rata ta' qgħad li laħqet rekords ġodda u bid-dejn pubbliku jibqa' jiżdied.