Illum waranofsinhar kienu diversi persuni li għamlu kuntatt magħna meta ’l barra mill-kosta lejn in-naħa ta’ Pembroke lemħu vapur navali jdur fl-inħawi. Iżda meta illum.com.mt ivverifika sibna li din hija l-HNLMS Johan de Witt (L801).
Minħabba li dan l-aħħar kien hemm rapport li pajjiżna seta’ kien taħt theddida taħ xi att terrostiku, xi ħaġa li l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtá Nazzjonali qal li mhux minnu, dawk li raw dan il-vapur tħassbu peress li l-Iskwadra Marittima tal-Forzi Armati ta’ Malta m’għandix Patrol Boat kbira daqs dan li fuqu kellu wkoll żewġ ħelikopters.
Sorsi qrib il-FAM qalulna li da nil-vapur mhux l-ewwel darba li kien hawn Malta tant li kien hemm okkażżjonjiet fejn is-suldati Maltin kienu fuqu fuq xogħol kontra l-piraterija fl-ibħra tas-Somalja.
Peress li HNLMS Johan de Witt kienet hawn Malta, illum sar taħriġ fuqha fejn ħadu sehem is-suldati Maltin.