“Għadni ma żvelajtx kif ittrattani l-Partit” - Lou Bondi
Lou Bondi jilmenta dwar il-PN fuq Facebook
More in Politika
Lou Bondi jilmenta dwar il-PN fuq Facebook
Wara silenzju min-naħa tal-ġurnalist u preżentatur Lou Bondi minn wara l-elezzjoni ’l hawn, jidher li wasal żmien li beda jiftaħ fommu. Il-fatt li instiga lil Bondi li jikteb xi ħaġa dwar dak li donnu nibet bejnu u bejn il-Partit Nazzjonalista beda meta l-eks ministru tas-saħħa Joe Cassar qal f’intervista fil-Malta Independent li l-Partit Nazzjonalista hu kommess li jgħin il-gvern li jkollu suċċess mill-avveniment V18.
Lou Bondi fl-istatus tiegħu fuq Facebook kiteb ‘How Deliciously interesting’ b’ċerta Angela Mifsud tikkummenta li filwaqt li qablet ma’ dak li qal Cassar tefgħet botta ħelwa ‘mhux l-istess jista’ jingħad għal kulħadd.”
Kien hawn li Lou Bondi wieġeb lil Angela b’mod li juri li bejnu u bejn il-Partit Nazzjonalista qed iberraq. Il-kumment tiegħu kien oriġinarjament bl-Ingliż u kien jgħid -
Jekk qed titkellem fuqi, m’għandek l-ebda idea fuq xiex qed titkellem. Iżda mhux tort tiegħek għax għadni qatt ma tkellimt fil-pubbliku x’inhi l-verità u kif ittrattani l-Parti Nazzjonalista wara l-elezzjoni. U għalissa m’iniex se nitkellem. Għax jien ma nkomplix nagħti bis-sieq lil min ikun imwaqqa’ mal-art.
iżjed fil-ħarġa tal-ILLUM