L-istudenti tal-mediċina jilqgħu l-proġett ta' Barts....basta jinżammu l-assikurazzjonijiet imwegħdha

Huma qalu li se jsegwu mill-viċin l-iżvilupp ta' dak li ġew imwiegħda

 

F'laqgħa reċenti tal-istudenti Mediċi Maltin (MMSA) mas-segretarju Parlamentari Chris Fearne dawn qajmu diversi mistiqsijiet dwar l-iskola Medika ta' Barts f'Għawdex. Fosthom jekk din l-iskola kinitx se taffetwa l-kwalita tat-tagħlim u x'se jiġri jekk il-bersalli li qed jiġu pubblikati fil-bini ta' Barts ma jintlaħqux. Dr Fearne tahom dawn l-assikurazzjonijiet:

Li l-iskola l-ġdida se tuża mil-inqas il-faċilitajiet tal-isptar Mater Dei. 

Li l-għalliema għal din l-iskola se jinkludu għalliema barranin mill-Universita ta' Queens Mary, għalkemm dan se jkun diskuss aktar fid-dettal.

L-iskola se tinfetaħ f'Settembru 2016. Fl-ewwel sentejn l-istudenti se jużaw il-faċilitajiet ta' lecturing għal 'pre clinical'. Dawn mhux se jużaw l-Isptar mater Dei jekk l-kostruzzjoni ma tkunx lesta fil-ħin.

B'dawn l-assikurazzjonijiet l-istudenti tal-mediċina jilqgħu dan l-investiment li għandu jtejjeb l-kwalita tal-edukazzjoni medika f'Malta.

Huma qalu li din il-pożizzjoni hi aċċettat dejjem jekk dawn l-assikurazzjonijiet kruċjali jibqgħu jinżammu. U għalhekk l-MMSA se ssegwi mill-viċin l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' dan il-proġett.

 

More in Politika