Muscat jkompli jirbaħ il-fiduċja tal-Maltin meta mqabbel ma' Busuttil
Joseph Muscat għandu popolarita mal-maltin aktar mill-Partit tiegħu stess
More in Politika
Joseph Muscat għandu popolarita mal-maltin aktar mill-Partit tiegħu stess
Skont stħarriġ ippubblikat mill-Malta Today, il-Prim Ministru Joseph Muscat għadu qed jgħaddi lill-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil bi 15-il punt fir-rigward tal-fiduċja li jgawdu mill-poplu Malti.
Interessanti l-fatt li hawn madwar 17% (16.7%) tal-popolazzjoni li m'għandu fiduċja f'ħadd minnhom filwaqt li 15.2% għażlu li jwieġbu bil-kelma 'ma nafux'.
Għall-mistoqsija 'Għal liema partit tivvota kieku kellha ssir elezzjoni għada?' il-Partit Laburista baqa jżomm tmien punti vantaġġ fuq il-partit nazzjonalista fejn 33.9% wieġbu li jivvutaw Partit Laburista u 26% wieġbu li jivvutaw għal Partit Nazzjonalista li jfisser żieda ta' 2.9% għal PL u 3.6% għal PN mill-aħħar stħarriġ li sar f'Jannar li għaddha.
L-istħarriġ juri li meta wieħed jiġi biex iqabbel ir-riżultat tal-elezzjoni li għaddiet, il-partit nazzjonalista tilef 6% minn dawk li vvutawlhom li qalu li se jivvutaw lil partit laburista filwaqt li l-Partit Laburista tilef 5% mill-voti li rebaħ għal partit Nazzjonalista. Dan juri li għalkemm il-PN ġibed numru żgħir ta' voti tal-labour lejh, xorta baqa jitlef partitarji tiegħu li qed iduru għal labour. Barr hekk juru li hemm sezzjoni akbar ta' Nazzjonalisti li jippreferu lil Joseph minn Simon milli Laburisti li jippreferu lil Simon minn Joseph.
Hu fenomenu mhux tas-soltu wkoll li baqa għaddej kemm ilu li Joseph Muscat ħa r-riedni tal_partit laburista li Muscat igawdi fiduċja kważi bid-doppju milli l-partit stess igawdi fiduċja. Joseph Muscat jidher li hu akbar mill-Partit innifsu. Għax filwaqt li hu Muscat għandu 15% punteġġ aktar minn Busuttil, il-Partit Laburista għandu 8% vantaġġ fuq il-Partit Nazzjonalista.
L-istħarriġ sar bejn it-18 u l-24 ta' dan ix-xahar fost 600 persuna u għandu marġini ta' żball ta' +/- 4 punti
Moreover the trust barometer indicates that the segment of 2013 PN voters who prefer Muscat to Busuttil is greater than the segment of PL voters who prefer Busuttil to Muscat