Il-logħob tal-azzard hu attività ta’ rikreazzjoni

M’għandux jiġi meqjus bħala attività li minnha wieħed jagħmel aktar flus

M’għandux jiġi meqjus bħala attività li minnha wieħed jagħmel aktar flus
M’għandux jiġi meqjus bħala attività li minnha wieħed jagħmel aktar flus

Il-Fondazzjoni għal-Logħob Responsabbli (RGF) iffirmat grant agreement ma’ 21 organizazzjoni u individwi bħala parti mill-Corporate Social Responsibility Programme (CSRP).

Silvio Schembri, Ċermen tal-Fondazzjoni qali li llum il-ġurnata, kumpaniji u organizazzjonijiet ma jistgħux iwarrbu ċertu fatturi soċjali u ambjentali li tant huma għall-qalb il-klijenti jew dawk li jagħmlu użu mis-servizzi tagħhom. “Dawn tal-aħħar jistennew li l-kumpaniji u l-organizazzjonijiet iħallu impatt pożittiv fuq l-ambjent ta’ madwarhom. Proprju għal din ir-raġuni, l-RGF ser tkun qegħda tagħmel l-aspett soċjali prijorità u taħdem viċin ta’ kumpaniji u għaqdiet oħra sabiex jiġi mħares dan.”

Schembri stqarr li l-Fondazzjoni ħarġet żewg sejħiet separati ta’ fondi, sejħa permanenti għall-fondi sa massimu ta’ 1000 ewro u sejħa temporanja għall-fondi sa massimu ta’ 6000 ewro. “B’kollox, 31 entità ssottomettew l-applikazzjoni għall-proġetti tagħhom mal-ewwel sejħa għall-fondi, 21 minnhom kienu eliġibbli għall-fondi. Il-proġetti jvarjaw minn Summer sports camp f’Għawdex għal kors ta’ tagħlim tal-ħjata fil-Faċilità Korretiva ta’ Kordin.”

 Silvio Schembri temm jgħid li l-logħob tal-azzard ma għandux jiġi meqjus bħala attività li minnha wieħed jagħmel aktar flus iżda bħala attività ta rikreazzjoni.

 

 

More in Politika