L-ILLUM jista’ jiżvela proġett li qed jaħdem fuqu l-Ministru għal Għawdex Anton Refalo. Dan jikkonsisti fi proġett li jista’ jkun meqjus bħala wieħed uniku hekk kif binja waħda se tospita tlett reliġjonijiet taħt l-istess saqaf - Kattoliċi, Lhud u Musulmani.
Sorsi li tkellmu ma’ din il-gazzetta, u li huma qrib sew tal-Ministru Anton Refalo, qalu li l-Ministru Għawdxi hu bniedem intiż ħafna fl-arti. “Anton minn dejjem kien joħlom li jħalli monument f’Għawdex mibni mill-perit famuż Malti Richard England.” Fil-fatt il-Perit England diġà għamel il-pjanta għal din il-post uniku u li din il-gazzetta qed taqsam mal-qarrejja bil-permess tiegħu.
Il-fatt uniku dwar din dan il-post hu li se tkun qed isservi ta’ post ta’ talb għal tlett reliġjonijiet differenti.
Aktar fil-ħarġa tal-gazzetta ILLUM