(AĠĠORNAT) Indikazzjonijiet li l-Partit Laburista żied l-appoġġ f'Għawdex

Rebaħ il-lokalita tal-Munxar, żamm dawk tax-Xagħra u tal-Qala fejn żied il-maġġoranza

Il-Partit Laburista f'Għawdex kompla jsaħħaħ l-appoġġ tal-Għawdxin fejn żied xi ftit fuq il-maġġoranza tal-2012. Żiedu bi kważi 8% il-maġġoranza fil-Qala, żamm ukoll il-lokalita tax-Xagħra u żied il-maġġoranza għal 59% u rebaħ għall-ewwel darba il-lokalita tal-Munxar. Għajnsielem jidher li inżamm mill-partit Nazzjonalista għalkemm kien hemm xi nuqqas ta' voti. Wieħed irid jinnota wkoll li kandidat Nazzjonalista f'Għajnsielem ħareġ bħala kandidat Indipendenti u dan jista jkun ir-raġuni għaliex il-PN naqqas il-maġġoranza. Kollox jindika li s-sindku l-ġdid għal Għajnsielem se jkun Franco Ciangura anke jekk l-akbar numru ta' voti fl-ewwel għadda marru fuq il-kandidat Laburista Larry Buttigieg li ġab 433 voti kontra t-399 ta' Ciangura. L-unika lokalita fejn ilplabour naqqas mill-voti f'irħula Għawdxin hu dak ta' San Lawrenz fejn żiedu 5% u anke Kerċem li l-PN żiedu 2%. Nadur li dejjem kien fortizza Nazzjonalista baqa jżomm is-sindakat meta s-sindku inbidel iżda baqa fl-istess familja meta ħu ż-żgħira tas-segretarju ġenerali, Chris Said, jiġifieri Edward Said tela bħala sindku.  Lokalita li l-PL kien qed jittama li jirbaħ mingħand PN kienet dik taż-Żebbuġ iżda l-PN żammew din il-lokalita.

Dan ifisser ukoll li l-Partit Nazzjonalista tilef tnejn mit-tragwardi tiegħu li jirbaħ lura ix-Xagħra u l-Qala li kienu tnejn mill-għanijiet tal-PN skont is-segretarju Ġenerali Chris Said meta qal li r-rebħa titkejjel billi jintrebħu lura l-lokalitajiet tax-Xagħra, Qala, Safi, San Pawl il-Baħar u Mosta. Tlieta minnhom ntilfu mil-PN, Xagħra, Qala, Safi.

Wieħed jista jara l-andament tal-għadd tal-voti billi jsegwi l-ILLUM li qed jagħti regolarment x'qed jiġri mill-għadd tal-voti

 

 

More in Politika