Malta Ottimista:- Rebaħ Kulħadd

Għawdex reġa għamel id-differenza

Il-Prim Ministru u Kap tal-Partit Laburista, Joseph Muscat b’mod sarkastiku qal li hu irnexxielu jġib lil Malta kollha ottimista meta l-Kap tal-PN, Simon Busuttil ħareġ jgħajjat vittorja wkoll, U b’hekk jidher li f’din Malta Ottimista rebaħ kulħadd meta anke l-Kap tal-PL qal li l-partit tiegħu rebaħ dawn l-elezzjonijiet bi ftit inqas minn 54% u fil-fatt se jiċċelebra din ir-rebħa għada fil-Marsa. Fatt interessanti reġa ġara f’Għawdex fejn għal darb’oħra ‘għamel id-differenza’ u minn fortizza kbira Laburista jidher lid an qed isir fortizza Laburista fejn reġa żied xi ftit fuq l-aħħar elezzjoni u rebaħ ukoll lokalita ġdida, dik ta’ Munxar u tilef għal ftit dik tan-Nadur.

F’żewġ konferenzi stampa miż-żewġ kapi Muscat qal li l-labour wettaq rebħa storika fejn sar l-ewwel partit fil-gvern li rebaħġ elezzjonijiet lokali f’nofs il-leġislatura. Muscat qal li ir-riżultat akkwistat kien aħjar milli stenna. Semma wkoll li akkwista l-istress riżultat ta’ dak akkwistat fl-elezzjoni ġenerali. Saħaq li din kienet telfa kbira għal partit Nazzjonalista iżda sadattant Simon Busuttil qed jiċċelebra. Muscat qal li hemm raġunijiet għaliex il-Labour tilef voti f’ċerti lokalitajiet hgekk meqjusa laburisti fin-naħa t’isfel tal-pajjiż fejn qal li l-fatt li diversi sindki popolari ma kkontestawx jew inkella kkontestaw b’mod indipendenti jgħin għal dan it-telf ta’ voti. Temm jgħid li l-gvern mhux arroganti u se jistudja l-messaġġ li bagħat il-poplu.

 

Min-naħa l-oħra Simon Busuttil qal li l-PN sodisfatt li dawn l-elezzjonijiet urew li x-xogħol iebes li qed jaħdem il-partit beda jagħti l-frott u l-partit qed jerġa jiġbed il-kunfidenza tal-poplu. Hu qal lid an juri li “Joseph Muscat mhux invinċibbli”. Kompla jgħid li l-PN irreġistra żieda fil-voti u qata d-defiċit tal-Labour bin-nofs. Fl-2012 il-PL kien rebaħ 57% tal-voti bil-PN jirbaħ 40%. Din id-darba l-PN rebaħ 45% u l-labour 54%. Qal lid an juri li l-PN beda t-triq it-tajba iżda baqa ħafna xogħol xi jsir.

 

More in Politika