Il-Kbir għadu ġej - Muscat

Muscat jkompli jkun satiriku fuq Busuttil meta qal li lest li jbierek dak is-siment li qed iżommu bħala Kap

Waqt li kien qed jindirizza rally ta' ċelebrazzjoni wara s-suċċess fil-Kunsilli Lokali Muscat f'burdata ta' festeġġjament li r-riżultat miksub hu l-istess persentaġġ tal-aħħar elezzjoni ġenerali u tal-elezzjoni tal-Ewropa.
Hu qal li jista' jagħmel tqabbil bejn iż-żewġ kunsilli iżda it-tqabbil gġħandu jkun bejn l-aħħar elezzjonijiet. Semma Qala, Safi u Xagħra bħala lokalitajiet li l-PN ried jieħu lura iżda l-Pl irnexxielu jżommhom. Barra dawn rebaħ ukoll għall-ewwel darba l-lokalitajiet tal-Munxar u ta' Floriana u tilef Nadur u San Pawl il-Baħar għal ftit voti. Semma li l-PL ma marx tajjeb fil-ħames distrett fejn kien hemm nuqqas ta' voti Marsaxlokk, "ir-residenti ta' marsaxlokk għadhom jistennew li titneħħa ċ-ċumnija u li Delimara tibda titħaddem bil-gass. U inwegħdhom li mhux se jistennew għal 25 sena daqs kemm damu ir-residenti tal-Marsa biex tneħħiet il-Power Station."
 Hu qal li din ir-rebħa u li rnexxielu jżomm l-istess maġġoranza mhux se jħalliha titlagħlu għal rasu, qal li se jibqa jaħdem fuq il-programm elettorali u jibqa jindirizza l-problemi individwali.
Qal li jinsab kuntent li r-rival tiegħu żamm il-pożizzjoni tiegħu bħala Kap tal-Partit fejn qal li kienet reċta ta' Busuttil li mar fil-counting hall biex jipprova lilu nnifsu li hu l-Kap tal-PN, "Hu ried li jikkonferma l-preżenza tiegħu fil-każ li kien hemm xi konfoffa li kienet qed tissawwar biex jibdluh. Li kieku nista inbierek dak is-siment li żammu hemm fuq." Muscat qal li l-fatt li Busuttil qed jgħajjat vittorja hu sinjal li qed jissotovaluta il-moviment tal-labour.

 

More in Politika