Għad m'hemmx qbil dwar liema linji għandha tieħu l-Unjoni Ewropea
Malta, l-Italja u l-Ingilterra qed jisħqu li d-dgħajjes tat-traffikanti jridu jiġu distrutti
More in Politika
Malta, l-Italja u l-Ingilterra qed jisħqu li d-dgħajjes tat-traffikanti jridu jiġu distrutti
L-Ewropa wara dan id-diżastru li sar fil-Mediterran donnha li qed turi li trid tieħu passi konkreti meta bġħalissa l-kapijiet kollha tal-Istat Ewropej qed jiltaqgħu f'summit straordinarju fi Brussell. Juncker qed jimbotta biex il-budget għal operazzjoni Triton tittripla u minn €3 miljun fix-xahar is-somma li tingħata tkun ta' €9 miljuni li skont diplomatiku ewropew qal li hu ogħla minn dak ta' Mare Nostrum. Pajjiżi bħall-Ingilterra, l-Italja u Malta qed jagħfsu biex id-deċiżjoni tkun li jinqerdu d-dgħajjes tat-traffikanti filwaqt li l-Ingilterra qed toffri li tgħin fis-salvataġġ permezz ta' tliet laneċ u ħelikopter filwaqt li Franza qed toffri tliet laneċ oħra. In-Norveġja, għalkemm mhix membru tal-Unjoni Ewropea, qed toffri s-somma ta' €6.25 miljuni u disa' laneċ..Iżda hu fatt li għad m'hemmx qbil fuq liema linja għandha timxi l-Unjoni ewropea. Hemm xi kapijiet li trid lill-Nazzjonijiet Uniti li tagħti l-mandat tagħga biex ikunu jistgħu jiddistruġġu d-dgħajjes qabel l-immigranti jitilgħu fuqhom.
Qed isir enfasi fuq il-ħtieġa li jkun hemm distinzjoni bejn 'resettlement' u 'relocation' tal-immigranti. 'Resettlement' tirreferi għal immigranti li ġejjin minn barra l-Ewropa filwaqt li 'relocation' tirreferi għal immigranti li diġà jgħixu fl-Ewropa iżda jibdlu l-pajjiż fejn imorru jgħixu.