Ir-raġel ta' Giovanna Debono interrogat mill-pulizija

Giovanna Debono dehret takkumpanjah fid-depot 

Anthony Debono, ir-raġel tal-eks Ministru għal Għawdex Giovanna Debono din il-ġimgħa kien interrogat mill-pulizija fuq l-allegat involviment tiegħu fli skandlu ta' xogħol ta' kostruzzjoni minn flus il-ministeru. 

It-Torċa irrapurtat dan il-fatt wara xahrejn li l-Malta Today ħarġet bl-aħbar tal-iskandlu ta' Għawdex fejn kostitwenti f'Għawdex ġew offruti kostruzzjoni b'xejn mħallsin mill-ministeru. L-eks ministru dehret dieħla d-depot skont ir-=rapporti takkumpanja lil żewġha iżda ma kinitx interrogata. S'issa ma ħareġ l-ebda rapport dwar x'ġara waqt l-interrogatorju jew inkella kienx hemm xi każ kriminali. 

More in Politika