Dalghodu fil-Parlament Ewropew fi Brussell attendejt ghal konferenza interessanti organizzata mill-membru Parlamentari Ewropew Comodini Cachia flimkien mal-membru Daniza tal-partit Socjalista Christel Schaldemose. Ghal din il-konferenza attendew diversi NGO's minn madwar l-Ewropa fejn fost il*kelliema kien hemm ukoll il-Malti Chris Delicata chairman tal-koalizzjoni Ewropea ghad-dijabete u l-Kap tal-kummissarju Ewropew tas-Sahha.
Data li twahhax harget f'din il-konferenza fejn l-ewropa kollha hi nkwetata b'din il-marda li qieghdha dejjem tizdied f'kull pajjiz Ewropew fejn illum hemm 382 miljun dijabetici fid-dinja u 56.3 miljun fl-Ewropa biss b'Malta l-oghla fost kulhadd fl-Ewropa bi 11% tal-popolazzjoni, bil-medja tal-Ewropa tkun ta' 8.5%.
Bir-rata li mexjin fiha sal-2035 f'Malta se jkun hawn 36,810 dijabetici. Fil-Konferenza l-NGO's sahqu biex l-ewropa taghmel izjed milli qed taghmel ghax in-numri qed jizdiedu u l-ewropa trid tahseb ukoll mhux biss ghal prevenzjoni li titnaqqas il*marda izda ghal dawk li diga huma morda biex jigu mghejuna minhabba l-kundizzjonijiet li twassal din il-marda ghalihom. Id-dijabete hi marda kronika u l-Ewropa tahdem biex tghin lil mard kroniku kollu. Izda hawn fejn il-membru Parlamentari Maltija sahqet li l-Unjoni ewropeja trid tahseb mhux b'mod holistiku ghal mard kroniku kollu f'daqqa izda trid tahseb u tibda tirikonoxxi bhala d-dijabete ghaliha wehidha ghax skont l-avukat Comodini Cachia din il-marda barra l-problema ghal min ibati minnha hi piz finanzjarju u ekonomiku kbir fuq l-ewropa kollu u fuq Malta hafna izjed minhabba li ghandna l-oghla rata ta' nies li jbatu minnha.
Informazzjoni nkwetanti ohra hi li harget minn din il-konferenza li fl-Ewropa hawn 12-il miljun tfal 'obese' u qed issir epidmija kwieta.