Batti Bekki bejn żewġ deputati Laburisti
Marlene Farrugia takkuża lil Deborah Schembri li qed tipprova iddgħajjef id-demokrazija
More in Politika
Marlene Farrugia takkuża lil Deborah Schembri li qed tipprova iddgħajjef id-demokrazija
Kumitat Parlamentari l-bieraħ filgħaxija li kien qed jisma l-proposti ta’ pjan strateġiku għall-ambjent u żvilupp (SPED) inbidel f’wieħed ta’ battibekki bejn iż-żewġ deputati Laburisti, Marlene Farrugia u Deborah Schembri.
Waqt din id-diskussjoni ta’ dan il-kumitat immexxi minn Marlene Farrugia kien hemm kumment ta’ Schembri li qalet li tħossha konċernata dwar li l-kumitat kien qed jissettja preċedent ikraħ.
“Kien hemm proċess ta’ kunsultazzjoni li kien qed jiġġebbed, fejn l-NGO’s preżenti u s-soċjeta ċivili kellhom id-dritt li jesprimu dak kollu li jinkwetahom,” qalet Schembri. Li kompliet targumenta li l-perjodu ta’ konsultazzjoni kien intemm u li tħalli emmendi oħra li jiġu proposti f’dan l-istadju, ma kienx qed jagħti l-istess opportunita lil nies oħra li jistgħu jkunu kontra dak li kien qed jiġi propost.”
Wara li Farrugia semgħet dak li kellhom xi jgħidu l-NGO’s, qalet li l-konsultazzjoni li saret kienet waħda falza. L-NGO’s insistew li l-ebda rakkomondazzjoni tagħhom ma ġiet inkluża fli SPED. U ddiskrivew l-konsultazzjoni pubbliċi bħala lagħqiżmu, l-NGO’s qalu li ma kien hemm l-ebda mod li jkunu jafu liema mir-rakkomonadzzjonijiet tagħhom kienu se jiġu nklużi fid-dokument attwali. L-NGO’s kienu mistiedna għal kumitat minn Farrugia u għall-ewwel darba ingħataw l-opportunita li jaraw id-dokument qabel jiġi amendat mill-parlamentari.
Waqt li rappreżentanti ta’ Din l-Art Helwa qalu li huma ġew injorati totalment, Farrugia qalet li l-konsultazzjoni pubblika kienet waħda falza. “Jien marbuta bil-ġurament elettorali li nagħti lis-soċjeta ċivili l-fatti, u m’għandi l-ebda kliem biżżejjed biex nirringrazzja lil NGO’s li ġew hawn illum,” waqt li magħha qablu l-parlamentari Nazzjonalisti.
Farrugia akkużat lil Schembri li trid tnaqqar id-demokrazija fejn qaltilha “dan hu dittatorjat assolut” u li “dawn iridu jinjoraw lis-soċjeta ċivili” filwaqt li Schmebri baqgħet tinsisti li ma kien hemm żmien biżżejjed għal konsultazzjoni.
Farrugia filwaqt li kompliet tgħid li kienu ċ-ċittadini li tellgħu l-membri parlamentari tagħhom fil-parlament u li titddiskuti magħhom hu mod li tkabbar id-demokrazija, “L-NGO’s qed jagħmlu dan kollu fuq bażi volontarja u mhux bħal dawk il-qtates ħoxnin li ma jagħmlux ġurnata xogħol. Ma nistax naċċetta membru mill-moviment li nagħmel parti minnu jien jakkużani li qed nikkreja preċedent.
Filwaqt li daret lejn Schembri, farrugia li dehret irrabjata ħafna ssuġeriet li kieku kien għal Schembri din qas kienet tħalli s-soċjeta ċivili titkellem, “iżda kemm indum fuq dan is-siġġu jien is-soċjeta ċivili se tingħata leħen.”