Simon Busuttil jaħsel idejh mill-Mater Dei

Il-Kap tal-oppożizzjoni jgħid li hu ma kienx involut  meta nbena l-Mater Dei 

F'konferenza tal-aħbarijiet mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil, dalgħodu ħasel idejh mill-problema Mater Dei u qal li  l-Ministru għas-Saħħa, Konrad Mizzi, għandu jara jekk kienx hemm kuntratturi li għamlu xogħol ħażin li ġie ċċertifikat bħala tajjeb għax l-isptar inbena taħt amministrazzjoni li hu  ma kienx involut.

Busuttil qal ukoll li huma n-nies tekniċi tal-kostruzzjoni u ċċertfikaw ix-xogħol li għandhom iġorru r-responsabilita. Meta mistoqsi min kien politikament responsabbli hu qal li dak iż-żmien hu ma kienx politiku u l-mistoqsijiet għandhom isiru lejn il-politiċi li kien hemm dak iż-żmien. Kompla jgħid li hu jistenna li wara sentejn jiggverna, il-gvern laburista għandu jagħmel xi ħaġa dwar dan.

 

 

More in Politika