Il-Prim Ministru m'aċċettax l-offerta li għamlet Marlene Farrugia li tkun fil-kabinett tieħu ħsieb l-ambjent fejn bħalissa fuq l-ambjent hemm il-Ministru Leo Brincat. Joseph Muscat qal li hu jinsab kuntent bix-xogħol li qed jagħmel Leo Brincat fuq l-ambjent u mhu qed jikkonsidra l-ebda għażla oħra.
Marlene Farrugia qalet dalgħodu li hi kienet lesta toffri s-servizzi tagħha f'dan il-portfolio wara l-kontroversja li qamet fil-proġett tal-Universita f'Taż-Żonqor u issa dwar il-proġett tal-Cruise liner Terminal f'Għawdex. Muscat żied jgħid li min ikun fil-parlament hi prerogativa tal-Prim Ministru.
Sadattant Simon Busuttil stieden lil Marlene Farrugia fost oħrajn biex tattendi għal laqgħa tal-PN li se jagħmel f'forma ta' protesta f'Taż-Żonqor nhar il-Ħadd li ġej. Farrugia qalet li hi taċċetta kull invit ġej minfejn ġej basta jagħtiha l-opportunita li tiddefendi l-ambjent. Qalet li lesta tindirizza anke l-attivita tal-PN basta li l-kap tal-oppożizzjoni jagħtiha garanzija li jekk ikun fil-gvern ma jkunx parti minn proġetti fuq artijiet ODŻ.