Fenech Adami jakkuża lil gvern li daħħal kriminali mal-protezzjoni ċivili
Jgħid li n-nies li daħlu huma kollha laburisti tal-qalba
More in Politika
Jgħid li n-nies li daħlu huma kollha laburisti tal-qalba
Beppe Fenech Adami illejla qal fil-parlament li fost ir-rekluti ġodda li daħlu mad-dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili hemm kriminali li nstabu ħatja mill-qorti. Skont il-viċi kap Nazzjonalista dawn huma Jonathan Callus u Natalino Spiteri li ġew misjuba ħatja fl-2006 bi frodi fuq insurance meta qerdu karrozza u ippruvaw jieħdu flusha mill-insurance. Hu qakkuża lil gvern li biex tidħol ma' dan id-dipartiment l-applikanti jridu jkunu ta' karattru morali tajjeb u jkollhom kondotta nadifa.
Fenech Adami qal li r-rekwiżiti biex tidħol ma' dan id-dipartiment kienu li jibbenfikaw ċerti nies qrib tal-Partit Laburista, b'riżultat li nħolqu inġustizzji ma' applikanti Nazzjonalisti u Laburisti onesti. Fost dawk l-applikanti li ntagħżlu semma lil Rene Xuereb, li l-kwalifika tiegħu kienet li ppoża f'ritratti ma' Joseph Muscat u ħa sehem fil-video ta' Malta tagħna Lkoll.
Rekluta ieħor ssemma David Caruana, li kien ippoża ma' Konrad Mizzi u hu tal-qalba sew mal-partit laburista. It-tielet persuna msemmija hu Joseph Fava li kien jaħdem bħala cameraman mal-One Productions.
Hu wera ritratti tal-ministru jieħu b'idejn iż-żewġ kriminali li kienu nstabu ħatja fuq frodi.