Se jibda x-xogħol sabiex titwaqqa' waħda miċ-ċmieni li kien hemm fil-power station tal-Marsa. Dan qalu l-Ministru tal-Enerġija Konrad Mizzi, waqt li beda jindirizza konsultazzjoni pubblika mis-serjè "Gvern li Jisma'".
Mixxi qal li x-xogħol miexi kif ippjanat, u li daqt ser titwaqqa' l-ewwel ċumnija. Kif intqal xahrejn ilu, daqt jibda' x-xogħol sabiex jitneħħew t-tankijiet li kienu jintużaw għall-ħażna taż-żejt f'Birżebbuġa - fejn l-eqdem waħda tmur għas-sena 1919.
Il-konsultazzjoni pubblika, organizzata mill-gvern sabiex tippermetti l-konsultazzjoni bejn il-ministri u l-pubbliku ġenerali, rat ħafna interventi minn sidien ta' negozji jfaħħru x-xogħol tal-ministeru biex jitnaqqsu l-kontijiet tad-dawl u tal-ilma. Mizzi laqa' dawn il-kummenti,fejn qal li kienet "ta' sodisfazzjon" li jisma' li r-roħs fil-kontijiet tad-dawl u tal-ilma ssarraf f'negozju aktar kompetittiv.