Il-Kunsill Laburista ta' San Pawl għolla d-dejn bi kwart ta' miljun

Is-sindku l-ġdid Nazzjonalista Graziella Galea qalet li l-Kunsill laburista għamel dan f'erba xhur qabel l-elezzjoni

Il-Kunsill Lokali ta' San Pawl-il Baħar bejn Jannar u April ta' din is-sena, qabel l-elezzjoni tal-Kunsilli sploda d-dejn minn €150,000 għal €425,000 jiġifieri sploda d-dejn għal €274,000 qabel l-elezzjoni. Dan il_Kunsill kellu battalja sal-aħħar nifs biex jintrebaħ minn partit għall-ieħor. Fil-fatt kien l-uniku Kunsill li tilef il-Labour f'dawn l-elezzjonijiet u l-uniku wieħed mirbuħ mill-PN.

Is-sindku l-ġdida qalet li issa hi trid tbati l-konsegwenzi biex tmexxi kunsill b'daqshekk dejn. HF'Konferenza stampa qalet li l-kunsill ta' qabel kien nefaq id-doppju ta' dak li kien allokat għalih mill-gvern ċentrali. "Sadattant il-Kunsill Laburista kien wiret mill-Kunsill  ta' qabel pożizzjoni tajba fejn il-Kunsill kellu €184,418, u kellu f'idejh €442,954 biex jonfoqhom fit-toroq.”


Sadattant David Agius qal li hemm diversi kunsilli madwar Malta li m'għandhomx fondi biżżejjed biex jaħdmu u hemm bżonn li l-gvern jalloka iżjed fondi lil Kunsilli.

More in Politika