Falzon ma ddikjarax li ffirma l-esproprijazzjoni tal-art ta' Gaffarena mill-ewwel

The Malta Independent qalet li għamel dan ġimgħatejn wara li ħareġ il-każ

Dalgħodu il_malta Independent ħarġet bli storja li Is-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar, Michael Falzon naqas li jiddikjara li hu kien li ffirma d-dokumenti tal-proprjeta li Gaffarena akkwista fi Strada Zekka meta l-każ ingħata d-dawl madwar ġimgħatejn ilu. Iżda ammetta li ffirma l-karti tal-esproprijazzjoni tal-proprjeta il-Ħamis li għaddha wara li l-Partit Nazzjonalista staqsa jekk id-dokumenti ġewx iffirmati mill-Prim Ministru inkella minn xi ħadd ieħor. Il-Ħamis wara li feġġ il-każ Michael Falzon ħareġ stqarrija li hu kien li ffirma l-esproprijazzjoni tal-proprjeta ta' Triq Zekka bħala proċedura normali għax is-segretarjat hu mmexxi minnu. Din l-istqarrija ħarġet wara l-konferenza stampa li saret mill-PN f'Ħal-Qormi, il-lokalita fejn Gaffarena jidher li kien ingħata aktar pakketti ta' artijiet. Ġimgħatejn ilu Falzon kien insista waqt konferenza stampa li ma kienx hemm interferenza politika f'dan il-każ.

 

 

More in Politika