Is-sewqan bil-Burqa f'pajjiżna

Ritratt iqajjem storja dwar sewqan bil-burqa

'Mara' ssuq bil-burqa fit-toroq f'Malta
'Mara' ssuq bil-burqa fit-toroq f'Malta

Ritratt li qed idur fuq Facebook juri persuna li qed issuq f'lokalità f'Malta liebsa il-burqa. Din tfisser li l-mara li qed issuq kellha wiċċha mgħammad kompletament b'għajnejha biss jidhru.

Il-kummenti li hemm għaddejjin qed jistaqsu jekk dan hux legali li wieħed isuq b'wiċċu mgħammad b'wieħed mill-kummenti jkun li l-pulizija ikkonfermat li dan hu permissibli.

Oħrajn ikummentaw li meta marru l-bank liebsin nuċċali tax-xemx, dawn ġew imwaqqfa fil-bieb minn membri tas-sigurtà u ma' tħallewx jidħlu. Hemm min ikummenta dwar il-każ ta' meta persuna tkun b'mutur u liebsa crash helemt fejn dawn jiġu mġiegħla jneħħuhom iżda mhux l-istess għal persuna li tkun mgħottija bil-burqa.

Oħrajn ikkummentaw li din il-prattika tista' twassal biex ikun hemm min jilbes il-burqa bi skuża jew skop li jisraq bla ma jkollu wiċċu jidher.

More in Politika