L-Avukat Difensur ta' Debono jitlob li titneħħa l-friża tal-assi

Il-Maġistrat Neville Camilleri jgħid li se jikkunsidra t-talba tad-difiża la jkunu nstemgħu x-xhieda kollha.

Illum kompla l-każ ta' Anthony Debono, ir-raġel ta' Giovanna Debono, fil-Qorti t'Għawdex, li qed ikun akkużat, fost affarijiet oħrajn, bn'użu ħażin ta' fondi pubbliċi u li uża dawn l-istess fondi biex jikkummisjona xogħolijiet privati għall-kostitwenti ta' martu.

Fil-Qorti illum l-Avukat Difensur Joe Giglio biex jikkunsidra l-friża tal-assi ta' Debono minħabba li f'dan il-każ, skont id-difiża., jidher illi minn dak li ħareġ s'issa fil-Qorti l-akkużat m'għamilx profitti minn dawn ix-xogħolijiet. Huwa wera t-tama tiegħu li Artiklu 23 ma jkunx użat "biex ikunu protetti l-interessi ta' Joe Cauchi" li Giglio fakkar kif kien l-awtur ta' dawn l-atti kriminali u kompliċi. Joe Cauchi huwa l-persuna li serva ta' 'whistleblower' f'dan il-każ u allura għadda l-informazzjoni kollha dwar ix-xogħolijiet li saru. Cauchi lmenta, anke mal-eks Ministru Nazzjonalista Giovanna Debono, li hu ma tħallasx tax-xogħol illi għamel f'diversi postijiet f'Għawdex.  

More in Politika