Michelle Muscat tiltaqa' mal-atleti tal-Ispecial Olympics


Is-Sinjura Michelle Muscat, Chairperson tal-Fondazzjoni Marigold u President Onorarju tal-iSpecial Olympics Malta, illum iltaqgħet ma' atleti ta' l-Ispecial Olympics Malta u fl-istess ħin ipprezentat il-grupp ta' atleti Maltin li se jirraprezentaw lill-pajjizna fl-iSpecial Olympics World Games gewwa Los Angeles.

Waqt din l-attivita, is-Sinjura Muscat irringrazzjat lill-persuni li qed jaħdmu b’mod volontarju f’din l-organizzazzjoni li qed jgħinu tfal u żgħażagħ biex jkollhom ħajja aħjar permezz tal-isport, kif ukoll lill-ġenituri ta’ dawn it-tfal li jixtiequ jaraw lill-uliedhom jkollhom suċċess.

"Dawn il-persuni qed jagħmlu ħafna ġid b’altruiżmu kbir. Bosta nies ma jafux b’dawn l-organizzazzjonijiet li jghinu lis-socjeta u ghalhekk inheggeg biex ikun hawn iżjed għarfien biex nippromwovu dawn l-għaqdiet li qed jagħmlu ħafna ghal gid tas-soċjetà" kompliet tghid is-Sinjura Muscat.

Michelle Muscat irreferiet ghall-esperjenza tagħha f’The Marigold Channel Swim, fejn qasmet bil-ghawm il-fligu bejn Ghawdex u Malta.

"Minkejja bahar imqalleb, b'forza sitta, irnexxielna nilhqu l-isfida taghna" qalet s-Sinjura Muscat.  Hija irrangrazjat lill-poplu Malti u Ghawdxi tas-sapport li urew maghha. Is-Sinjura Muscat habbret li permezz tal-attivita The Marigold Channel Swim, il-Fondazzjoni Marigold irnexxeila tigbor s-somma ta' €150,292. B'dawn il-flus li ingabbru, il-Fondazzjoni Marigold se tghin lill-atleti tal-iSpecial Olympics biex jieħdu sehem f’dawn l-Olimpjadi f’Los Angeles, u se tghin ukoll lill-ghaqdiet lokali ohra mhux governattivi biex ikomplu bil-hidma taghhom fil-kommunita.

Id-Direttriċi tal-iSpecial Olympics Malta, is-Sinjura Anna Calleja, rringrazzjat lis-Sinjura Michelle Muscat għall-għajnuna li hija u l-Fondazzjoni taghha tat lil-iSpecial Olympics Malta. Is-Sinjura Calleja qalet li permezz ta’ din l-ghajnuna l-atleti Maltin se jieħdu sehem f’din il-kompetizzjoni kbira li ser isir fl-ahhar ta' Lulju.  Ghall-iSpecial Olympics World Games se jipparteċipaw 188 pajjiż u mat-8,000 atleta.

More in Politika