Il-Ħodor jitolbu spjegazzoni dwar il-‘kruha’ ta’ bini f’ Haywharf

L-Alternattiva Demokratika u membri parlamentari Ewropej jitolbu spjegazzjoni dwar il-bini kontroversjali f’ Haywharf

Żewġ membri parlamentari Ewropej fi ħdan il-Grupp tal-Ħodor għamlu mistoqsija parlamentari fil-Parlament Ewropew li fiha staqsu jekk fondi Ewropej intużawx għall-bini tal-proġett f’ Haywharf.

Skont emendi fl-2014, l-armata hija eżenta milli tapplika għal permessi ta’ żvilupp jekk dan ikun fl-interess nazzjonali jew fl-interess tas-sigurtà pubblika. Skont il-liġijiet il-ġodda, l-Armata ta’ Malta m’għanda l-ebda obbligu li tapplika għal permessi jekk il-ministeru responabbli mill-armata jew mill-immigrazzjoni jemmen li l-iżvilupp huwa urġenti għal fini ta’ sigurtà nazzjonali.

Minkejja dan però, l-bini l-ġdid tal-konkrit xejn ma niżel tajjeb hekk kif jgħatti s-sit wirt dinji tal-Belt Valletta. Tabilħaqq l-MPE tal-Grupp tal-Ħodor, Helga Truepel u Franziska Keller, b'kollaborazzjoni ma' Alternattiva Demokratika, għamlu mistoqsija parlamentari li fiha jistaqsu jekk fondi Ewropej hux qed jintużaw għal dan il-proġett u, jekk iva, kemm flus ingħataw u taħt liema ‘budget line’ jaqgħu.

“Qed nistaqsu jekk il-finanzjament ta' din il-kruha hijiex konformi mal-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-Diversità ta’ Espressjonijiet Kulturali, ffirmata mill-pajjiżi kollha tal-UE inkluża Malta, kif ukoll mal-Artiklu 3 tat-Trattat tal- Unjoni Ewropea (TEU) li jgħid: ‘Jirrispetta id-diversità għonja lingwistika u kulturali, u jiżgura li l-wirt kulturali tal-Ewropa jkun mħares u mtejjeb’,” qal iċ-Chairperson tal-Alternattiva Demokratika Prof Arnold Cassola.

More in Politika