Dħalna sew f'Lulju u s-sħana qed tagħmel tagħha sew. B'temperaturi jogħlew kuljum fuq barra l-aġġar ħaġa li jkollok aptit huwa li tidħol fuq tal-linja u ssib tilqgħak riħa ta' għaraq hekk kif l-arja kkundizzjonata ma tkunx qed taħdem.
Dan is-sit irċieva bosta lmenti mingħand nies li jużaw it-trasport pubbliku illi sostnew kif ma jistgħux jifhmu kif dħalna f'Lulju, bdiet is-sħana u l-arja kkundizzjonata għadha mhux qed taħdem.
Dalgħodu dan is-sit staqsa lil ħaddiem tat-Trasport Pubbliku biex jgħidilna għalfejn l-arja ikkundizzjonata mhux qed taħdem. Dan wieġeb li fil-verita' qed taħdem u qiegħda "full on", għalkemm fil-vettura kien hemm sħana liema bħalha, imma qalilna wkoll li din hija l-problema bil-vetturi tat-tip volvo. Meta irrimarkajna li din se tkun problema kbira aktar ma jgħddi ż-żmien il-ħaddiem partikolari qalilna li sfortunatament din hija problema tal-vetturi tip Volvo.
Intant il-Union Ħaddiema Magħqudin ħarġet stqarrija illi fiha qalet li jekk isiru tibdiliet fix-xiftijiet tal-ħaddiema, speċjalment jekk dawn it-tibdiliet ikunu se jfissru tbatija għall-ħaddiema membri tagħha hija se tkun qed tieħu azzjoni industrijali.