Malta ivvutata fost l-aqwa 10 gżejjer fid-dinja...tħabbatha mal-Hawaii

Magażin prestiġjuż Travel+ u l-qarrejja tiegħu jagħtu ċertifikat mill-isbaħ lil pajjiżna

L-Imdina, sit tal-UNESCO u waħda mill-isbaħ bliet storiċi fl-Ewropa
L-Imdina, sit tal-UNESCO u waħda mill-isbaħ bliet storiċi fl-Ewropa

Malta kienet ivvutata bħala waħda mill-aqwa 10 gżejjer fid-dinja. Iva sewwa qrajt, fid-dinja mhux fl-Ewropa. Dan iċ-ċertifikat mill-isbaħ ingħata mill-qarrejja tal-magażin Travel + b'Malta tikseb 86.9 punti. Eżatt qabel Malta kien hemm il-Great Barrier Reef fl-Awstralja u Kauai fil-Hawaii. 

L-aqwa żewġ gżejjer kienu l-Galapagos fl-Ekwador u Bali fl-Indoneżja segwiti mill-Maldives, Tazmanja fl-Awstralja u Santorini fil-Greċja.

Il-Belt u l-Kottonera. Il-ġojjelli fil-kuruna taċ-ċentru storiku f'Malta
Il-Belt u l-Kottonera. Il-ġojjelli fil-kuruna taċ-ċentru storiku f'Malta

More in Politika