Ma jirriżultax kontaminazzjoni ta' dijżil fil-Bajja s-Sabiħa

Id-direttorat tas-Saħħa jgħid li l-bajja se tinżamm miftuħa għall-għawm

Il-Bajja s-Sabiħa, Birżebbuġa
Il-Bajja s-Sabiħa, Birżebbuġa

Wara rapporti dwar ħruġ ta’ diesel fil-baħar f'Birżebbuġa, id-direttorat tas-Saħħa Ambjentali għamel kuntatt immedjat mal-awtoritajiet ikkonċernati.

Il-każ inkwistjoni seħħ ilbieraħ filgħaxija hekk kif il-vapur Santa Marija kien qed jingħata d-diesel minn fuq id-Dolphin.

Minn investigazzjonijiet li saru dalgħodu, kemm minn uffiċjali tad-Direttorat Saħħa Ambjentali, uffiċjali mill-Protezzjoni Ċivili u Transport Malta, ma jirriżultax li tul il-kosta ta’ Birżebbuġa kien hemm xi kontaminazzjoni minn dan id-diesel.

Għaldaqstant, din il-bajja se tinżamm miftuħa għall-għawm. Madankollu, se tibqa’ ssir sorveljanza, kemm mid-direttorat tas-Saħħa Ambjentali, b'kollaborazzjoni mal-awtoritajiet konċernati.

 

More in Politika