Huawei tirreġistra suċċessi kbar fl-ewwel xhur tal-2015

Il-kumpanija Ċiniża li se tkun qed tuża lil Malta bħala bażi għall-ittestjar tal-5G tirreġistra 30% żieda fid-dħul

Il-kumpanija Ċiniża li se tinvesti f'Malta qed tagħmel suċċess kbir fiċ-Ċina bħalissa
Il-kumpanija Ċiniża li se tinvesti f'Malta qed tagħmel suċċess kbir fiċ-Ċina bħalissa

Il-kumpanija Ċiniża Huawei li ħabbret illi se tkun qed tinvesti f'Malta u tiftaħ uffiċini tagħha fi Smart City bħalissa għaddejja minn perjodu tajjeb ħafna b'żieda qawwija fil-bejgħ ta' Smart Phones u żieda fid-dħul. Is-sit Ingliż tal-aħbarijiet BBC illum irraporta kif il-ġgant teknoloġiku Ċiniż ra tkabbir ta' 39% fil-bejgħ tal-ismart phones u 30% żieda fid-dħul. L-istess artiklu fuq is-sit jiżvela kif il-kumpanija li se tkun qed tinvesti Malta esportat 48.7 miljunf' apparat teknoloġiku, bħal smart phones, b'żieda qawwija ta' 87% fid-dħul minn bejgħ ta' mowbajls.

Il-kumpanija qed tikkompeti biex tkun fost l-aqwa kumpaniji Ċiniżi iktar mill-Apple u Xiaomi, li huma l-aqwa tnejn bħalissa. Is-sit irraporta kif il-kumpanija bħalissa qed tisfida t-tnaqqis fl-ekonomija Ċiniża bit-tkabbir fid-dħul, li issa laħħaq 175.9 biljun Yuan, jiġifieri $28.3 biljun.

Intant f'Malta il-kumpanija se tkun qed tiittestjat-tekonoloġija 5G, illi hija meqjusa bħala teknoloġija pjuttost ġdida. 

More in Politika