Dak li allegatament għamel Suda huwa "illegali" fir-Renju Unit

l-attriċi Nicola Abela Garrett tgħid li huwa illegali li tkun għarwiena waqt sessjonijiet ta' taħriġ jew ta' żvilupp ta' karattru fir-Renju Unit, fejn ħadet l-edukazzjoni fid-drama 

Waqt li r-reazzjonijiet għal dak li allegatament għamel l-attur John Suda baqgħu deħlin l-attriċi Maltija li ħadet it-taħriġ tagħha fir-Renju Unit Nicola Abela Garret sostniet illi li persuna tkun għarwiena waqt sessjonijiet ta' improvizzazzjoni jew f'xeni ta' workshop u żvilupp ta' karattru "mhux neċessarju. Anzi huwa illegali".

Dak li kitbet Garrett
Dak li kitbet Garrett

F'kummenti li ttellgħu fuq Facebook mill-attur u kantant Roger Tirazona hi tisħaq illi fl-iskola fejn hi ħadet it-tagħlim tad-drama m'hemm l-ebda obbligu li tkun bla ħwejjeġ waqt sessjoni ta' taħriġ, anke jekk il-parti li tkun qed tagħmel tkun tirrikjedi n-nudita'.  Hija tkompli tgħid li "n-nudita' hija aċċettabbli ladarba persuna tkun magħżula u meta tkun qed issir l-produzzjoni fuq il-palk jew waqt l-iffilmjar u  mhux waqt ħafna mill-perjodu ta' taħriġ u rehearsels". 

Hija tkompli tgħid illi kull xena ta' nudita' trid tkun negozjata minn qabel u tkun strettament għal raġunijiet ta' korjografija. 

More in Politika