Illum kienet ġurnata partikolari fil-qasam tal-cruises hekk kif waslu 14,000 turist b'ħames vapuri differenti. Flimkien ma' dawn ġew ukoll mal-5,000 persuna li taħdem fuq il-cruises. Dan kollu wassal biex matul il-jum il-Belt Valletta kienet mimlija attivta' b'ammnot qawwi ħafna ta' negozju, speċjalment fit-toroq.
Il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis wera' sodisfazzjon kif għalkemm is-sena bdiet bil-mod, f'dak li għandu x'jaqsam ma turisti li jiġu bil-cruises, kien hemm bidla kbira fir-riżultati f'dawn l-aħħar xhur. Fil-fatt huwa qal illi, s'issa, din is-sena diġa kien hemm żieda ta' 66% f'dawk li jżuru pajjiżna permezz ta' cruise.